09/06/2023: Balzan FC will be holding its Annual General Meeting on Friday 9th June 2023 at 17:30 at its Training Complex Hall in Triq Guzeppi Cali, Lija .

Balzan Football Club will be holding its Annual General Meeting 2022/2023 on Friday 9th June 2023 at 17:30 at its Training Complex Hall in Triq Guzeppi Cali, Lija

Below please find the circular (in Maltese) including the AGENDA for the Annual General Meeting .

BALZAN FOOTBALL CLUB

Ċirkulari - Laqgħa Ġenerali Annwali 2023

Għażiż membru,

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Balzan F.C. se ssir nhar il-Gimgħa 9 ta’ Ġunju, 2023 fil-5.30pm, fit-Training Complex fi Triq Guzeppi Cali’, Ħal Lija.

Jekk ma jkunx hemm kworum din il-Laqgħa tibda nofs siegħa wara l-ħin avżat, skond ir-Regolament 16 tal-iStatut, ikunu kemm ikunu l-membri preżenti.

AĠENDA :

  1. Approvazzjoni tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali 2021/2022, li saret fit-10 ta’ Ġunju 2022.

  2. Qari tar-Rapport Amministrattivi tal-klabb u dak tan-nursery għall-istaġun 2022-2023.

  3. Qari tar-Rapport Finanzjarju (mhux uffiċjali) tal-klabb u n-nursery għall-istaġun 2022/2023.

  4. Emendi jew tibdil fl’ iStatut tal-klabb, jekk ikun hemm.

  5. Elezzjoni għal membri tal-kumitat għall-istaġun 2023/2024.

  6. Affarijiet oħra.

  7. Għeluq.

NOTI :

  • Dawk il-membri li jixtiequ jipproponu xi emendi jew tibdil fl’ iStatut għandhom jissotomettu l-proposti tagħhom bil-miktub lis-Segretarju. Jistu jsiru proposti waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali wkoll.

  • Dawk il-membri li jixtiequ jinnominaw kandidati għal membri tal-kumitat 2023/2024 għandhom jinformaw lis-Segretarju, sa mhux aktar tard mis-6.30pm ta’ nhar il-Ħamis 8 ta’ Ġunju 2023. Il-Membri proposti huma mitluba li jirregolaw il-validita tagħhom mar-Regolamenti numru 7 u 8 tal-iStatut.

Jekk ma jkunx hemm nomini biżżejjed (massimu ta’15) qabel tibda din il-Laqgħa, jistu siru in-nominazzjonijiet waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali.

  • Il-Membri kollha huma mitluba li jirregolaw ruħhom fil-menswalita’ sabiex ikunu eleġibbli li jivvotaw waqt il Laqgħa Ġenerali Annwali.

Joseph Agius

Segretarju